Maltese

Maltese | Malti

Is-Servizz Statali tal-Emerġenza (State Emergency Service (SES)) hu organizzazzjoni volontarja li tista' tgħinek f'emerġenza ta' għargħar jew ta' maltempata. M'għandekx għalfejn tħallas għal dan is-servizz.

Jekk iċċempel 132 500 mit-telefown tiegħek, voluntiera mill-SES ser jiġu d-dar tiegħek jekk sfat mgħarrqa jew ġarbet ħsara mill-maltempati. Int tista' wkoll titlob għal interpretu. Il-voluntiera tal-SES dejjem jilbsu uniformi oranġjo. Huma għandhom esperjenza biex jirrispondu f'emerġenzi tal-għargħar u tal-maltempati.

Jekk jogħġbok ara hawn taħt għal aktar tagħrif dwar kif tipprepara lill-familja tiegħek u d-dar tiegħek għal għargħar u maltempati.

Jekk ma tifhimx dan it-tagħrif, staqsi membru tal-familja, ħabib jew ġar għall-għajnuna.

Messaġġi ġenerali

L-emerġenzi jistgħu jiġru fi kwalunkwe post, fi kwalunkwe ħin.

Jekk tipprepara għall-emerġenzi, int tista' tnaqqas l-impatt tal-emerġenza, u tirkupra aktar malajr wara.

Aħna rridu niżguraw li r-residenti kollha tal- Victoria huma ppreparati u jafu x'jagħmlu f'każ li żoni ta' ħdejhom jintlaqtu minn maltempati jew għargħar.

Jekk għandek bżonn interpretu biex jgħin rigward it-tagħrif tal-emerġenza, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450 (telefonata bla ħlas) u staqsihom għall-Linja t'Apposta tal-VicEmergency (1800 226 226).

Jekk taf lil xi ħadd li ma jafx jitkellem bl-Ingliż, agħtihom dan in-numru.

Oqgħod attent wara emerġenza, għax jista' jkun għad hemm perikli xorta waħda.

Għandu mnejn ma jkunx sigur li tmur lura d-dar jew fil-post tax-xogħol tiegħek.

Żomm ruħek infurmat - oqgħod attent għat-twissijiet ta' maltempata u għargħar permezz tal-linja telefonika t'apposta tal-VicEmergency (1800 226 226) jew fuq is-sit tal-VicEmergency - https://emergency.vic.gov.au/respond/

Dan jgħodd biss għall-Maltempati

Il-maltempati jistgħu jseħħu fi kwalunkwe post u fi kwalunkwe ħin.

Jistgħu jġibu rwiefen qawwija, għargħar għal għarrieda, maltempati kbar tas-silġ u sajjetti.

Jistgħu jikkawżaw ħsara kbira u jpoġġu lil ħajtek f'riskju.

Jekk għandek bżonn interpretu biex jgħin rigward it-tagħrif tal-emerġenza, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450 (telefonata bla ħlas) u staqsihom għall-Linja t'Apposta tal-VicEmergency (1800 226 226).

Ippjana dwar x'ser tagħmel u x'ser tieħu miegħek, jekk teħtieġ li tevakwa.

Ikseb tagħrif dwar kif tipprepara d-dar u/jew il-post tax-xogħol tiegħek, u x'għandek tagħmel waqt maltempata fis-sit tal-VICSES - www.ses.vic.gov.au